Friday, November 22, 2024

Il-President mkeċċi tal-Perù miżmum mill-Pulizija f’Lima

Aqra wkoll

L-eks President tal-Perù Pedro Castillo nżamm arrestat wara li l-isforzi tiegħu biex ixolji l-parlament minflok spiċċaw biex huwa jitkeċċa mill-kariga. 

F’ġurnata drammatika f’Lima, Castillo kien akkużat li ppjana kolp ta’ stat fi sforz biex jevita l-impeachment fuq akkużi ta’ korruzzjoni mill-Kungress.

Il-mossa tiegħu qanqlet rabja internazzjonali u lokali, u l-leġiżlaturi għaddew biex ineħħuh mill-kariga. Il-Viċi President tiegħu Dina Boluarte aktar tard ħadet il-ġurament bħala s-suċċessur tiegħu.

Hija kkundannat il-mossa tal-predeċessur tagħha biex ixolji l-Kungress bħala “attentat ta’ kolp ta’ stat” u wiegħdet li tifforma kabinett ġdid ta’ kull tip politiku. 

Ritratti li ċċirkolaw fuq il-mezzi tax-xandir kienu juri ll Castillo jikkopera mal-pulizija waqt li kien miżmum arrestat. Qed ikun irrapportat li allegatament huwa tpoġġa f’ħabs immexxi mill-pulizija iżda l-Messiku qalet li hi lesta li toffrlu l-ażil. 

Il-Ministru tal-Affarijiet Barranin tal-Pajjiż Marcelo Ebrard qal li huwa “mħasseb ħafna” bid-detenzjoni tas-Sur Castillo, iżda qal li l-eks Presiden għad irid jagħmel talba formali għall-ażil jew għajnuna mill-gvern tiegħu.

Sport