Sunday, May 5, 2024

L-ewwel eżekuzzjoni fl-Iran minħabba protesti kontra l-Gvern

Aqra wkoll

L-Iran ħabbar l-ewwel eżekuzzjoni ta’ dimostrant li nstab ħati li kkawża nkwiet riċenti kontra l-Gvern.

Il-midja tal-istat irrappurtat li Mohsen Shekari ġie mgħallaq il-Ħamis filgħodu wara li nstab ħati minn Qorti rivoluzzjonarja fuq “mibegħda kontra Alla”. 

Huwa kien akkużat ukoll li ħa sehem f’irvell f’Settembru li mblokka triq prinċipali f’Tehran u weġġa’ membru ta’ forza paramilitari b’machete.

Fl-1 ta’ Novembru, il-Qorti sabet lil Shekari ħati fuq ġlied u li kellu arma “bl-intenzjoni li joqtol, li jikkawża terrur, u li jfixkel l-ordni u s-sigurtà tas-soċjetà”.

Huwa kien appella mis-sentenza, iżda ġiet ikkonfermata mill-Qorti Suprema fl-20 ta’ Novembru.

Sa issa l-ġudikatura fl-Iran qalet li 10 persuni oħra kienu kkundannati għall-mewt mill-Qrati Rivoluzzjonarji fuq akkużi simili b’konnessjoni ma’ dawn il-protesti. L-identità ta’ dawn il-persuni għadha mhix magħrufa.

Sport