Friday, April 26, 2024

Il-projezzjonijiet tal-Milied jixegħlu Pjazza San Ġorġ

Aqra wkoll

Fil-Belt Valletta nxtegħlu l-projezzjonijiet tal-Milied fuq il-faċċata tal-Palazz tal-President u l-faċċati l-oħra fi Pjazza San Ġorġ, fejn għal darb’oħra qed tinħoloq atmosfera maġika tal-Milied fil-qalba tal-Belt Kapitali. Il-projezzjonijiet jinkludu xewqat tal-Milied mitkubin bl-24 lingwa uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Komplew ukoll l-attivitajiet fil-Belt Valletta wara li fil-25 ta’ Novembru ngħata bidu għall-programm Christmas in the Capital bil-mixegħla tad-dwal tal-Milied. Dan il-programm, b’avvenimenti ta’ kuljum fil-Belt Valletta, se jibqa’ għaddej sal-aħħar tas-sena u jinkludu baned żgħar, mużika, korijiet, u workshops għat-tfal.

Bħal kull sena, l-projezzjonijiet fi Pjazza San Ġorġ kienu ferm mistennija mill-pubbliku u joffru attrazzjoni doppja għal dawk kollha li ser ikunu qed igawdu l-Milied fil-Belt Valletta.

Għal aktar informazzjoni żur vca.gov.mt u l-paġna ta’ Facebook tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta. 

Sport