Wednesday, July 24, 2024

Il-President Myriam Spiteri Debono tappella għall-ħarsien tal-art agrikola

Aqra wkoll


Fid-diskors tagħha waqt il-5 edizzjoni tal-Malta Architecture and Spatial Planning Awards, qabel ma ppreżentat ‘The President’s Award’ lill-Prof. Richard England għall-kontribut eċċellenti tiegħu għall-pajsaġġ arkitettoniku ta’ Malta, il-President Myriam Spiteri Debono appellat għal aktar ħarsien tal-art agrikola u biex is-saħħa mentali u fiżika tal-popolazzjoni tieħu dejjem preċedenza fuq l-interessi egoċentriċi.

Irrimarkat li l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-inkjesta ta’ Jean Paul Sofia trid tittieħed bl-akbar serjetà.

Qalet li l-awtoritajiet u l-partijiet ikkonċernati għandhom jistinkaw flimkien fit-tfassil ta’ liġijiet u regolamenti biex ikollna sistema effettiva ta’ spezzjonijiet u kontrolli, li tiżgura l-ogħla standards u miżuri ta’ sikurezza.

 “Dawn ir-regolamenti għandu jkollhom l-għan li jagħmlu l-osservanza tagħhom aktar faċilment regolata, verifikata u onorata”, qalet il-President Spiteri Debono.

“Il-professjoni tal-arkitettura evolviet u bħalissa l-filosofija bażi hija waħda ffokata fuq il-ġid komuni, li tqis, mhux biss l-estetika, id-disinn, il-prattiċità u l-funzjonalità, iżda wkoll is-sostenn tal-ambjenti naturali u diġà mibnija, flimkien mal-preservazzjoni u l-konservazzjoni ta’ ġawhar arkitettoniċi li writna mill-ġenerazzjonijiet tal-passat”, qalet il-President Spiteri Debono.
 

Ekonomija

Sport