Wednesday, July 24, 2024

Tittella’ b’suċċess it-tieni edizzjoni ta’ Caritas Run For Life

Aqra wkoll

Il-Ħadd filgħodu, ittellgħet it-tieni edizzjoni ta’ Caritas Run For Life, li kienet tikkonsisti f’ġirja jew mixja miċ-Ċentru Terapewtiku ta’ San Blas, Ħaż-Żebbuġ, u lura. B’kollox ħadu sehem mal-1,250 parteċipant fl-edizzjoni ta’ din is-sena, li jfisser żieda ta’ aktar minn 450 parteċipant mis-sena ta’ qabel. Fi tmiem l-attività ngħataw ukoll it-trofej lir-rebbieħa fil-kategoriji rispettivi u anke midalji ta’ parteċipazzjoni.

Caritas Malta temmen li fis-soċjetà tagħna kulħadd – tfal, adolexxenti, żgħażagħ, adulti u anzjani – għandu l-bżonn ta’ opportunitajiet fejn wieħed jesperjenza s-sabiħ li tgħix u tgħix il-ħajja sana ’l bogħod mis-sustanzi u dak kollu li jfixkel lill-bniedem milli jgħix bid-dinjità sħiħa tiegħu.

Ekonomija

Sport