Monday, November 11, 2024

Il-president ta’ Hamrun Spartans se jsir player mal-club?

Aqra wkoll

Mill-club ta’ Hamrun Spartans ħarġet l-aħbar li l-president tal-club, Joe Portelli, se jirriżenja mill-kariga tiegħu biex jirreġistra bħala player. 

Jidher li din it-talba ġiet aċċettata mill-kumitat tal-club biex Portelli jilbes il-flokk Ħamruniż. 

Dan ifisser li huwa se jkun l-ewwel persuna li jkun okkupa żewġ irwoli ta’ president u ta’ player meta kien għamel dan ma’ Nadur Youngster. 

Għaldaqstant huwa jkollu bżonn jiffirma kuntratt semi-professjonali skond kif jistipulaw ir-regoli tal-MFA għal players ‘il fuq minn 23 sena. 

Imwieled il-Kanada, Portelli ġie f’pajjiżna fl-1993, u llum il-ġurnata għandu 46 sena … peró mhux se jikser ir-rekord tal-ixjeħ player li qatt lagħab f’Malta … meta dan huwa Kenneth Abela ta’ Mtarfa li jilagħbu fiċ-Challenge League. 

Fl-etá ta’ aktar 47 sena u nofs, f’dan l-istaġun Abela ġie utilizzat fi 11-il partita, b’ħin effettwat ta’ 414-il minuta. 

Sport