Sunday, December 22, 2024

Il-President tal-Afrika t’Isfel iħeġġeġ lill-partiti sabiex isibu l-komuni bejniethom

Aqra wkoll

Il-President tal-Afrika t’Isfel, Cyril Ramaphosa appella lill-partiti politiċi tal-Afrika t’Isfel sabiex ma jħarsux lejn id-differenzi ta’ bejniethom u sabiex isibu l-komuni bejniethom, sabiex b’hekk ikunu jistgħu jiffurmaw l-ewwel gvern ta’ koalizzjoni nazzjonali fid-demokrazija żagħżugħa tal-pajjiż.

Dan kienu l-kummenti li ta Cyril waqt diskors, eżatt wara li tħabbru r-riżultati finali tal-elezzjoni li kkonfermaw li l-ebda partit ma kiseb maġġoranza fil-vot tal-ġimgħa li għaddiet.

Il-partit tal-Kungress Nazzjonali Afrikan ta’ Ramaphosa kien diġà tilef il-maġġoranza tiegħu, mikejja li kien ilu għal madwar 30 sena. Dan hekk kif minn informazzjoni illi inkisbet, jirriżulta li l-partit tiegħu lanqas irenxxielu jaqbeż il-50% tal-voti. L-elezzjonijiet nazzjonali tal-Afrika t’Isfel jiddeċiedu kemm kull partit ikollu siġġijiet fil-Parlament u l-leġiżlaturi jeleġġu l-president aktar tard.

F’kumment li ta Ramaphosa qal; “Smajna l-vuċijiet tal-poplu tagħna, u rridu nirrispettaw l-għażliet u x-xewqat tagħhom. In-nies tal-Afrika t’Isfel jistennew li l-mexxejja tagħhom jaħdmu flimkien biex jissodisfaw il-bżonnijiet tagħhom. Dan huwa żmien għalina lkoll li npoġġu lill-Afrika t’Isfel l-ewwel u qabel kollox”.

L-ANC kien il-partit ta’ Nelson Mandela u kien l-istess partit li għen lill-Afrika t’Isfel sabiex din tinħeles minn ħakma lura għall-1994. Minn dak iż-żmien kien imexxi b’maġġoranza komda, iżda din l-elezzjoni rat tnaqqis bla preċedent fl-appoġġ tagħha hekk kif il-votanti abbandunaw il-partit minħabba in-nuqqas, li ssolvi l-faqar mifrux, il-livelli estremament għoljin ta’ qgħad u l-problemi biex iwassal servizzi bażiċi tal-gvern lil ħafna f’nazzjon ta’ 62 miljun.

Fl-elezzjoni ħadu sehehm iktar minn 50 partit ħadu u minn tal-inqas tmienja kellhom ishma sinifikanti tal-voti. Barra minn hekk, kien hemm ukoll mas-26 partit, inkluż il-Partit mmexxi mill-eks President Jacob Zuma, li ressqu oġġezzjonijiet u lmenti mal-korp elettorali, fejn allegaw irregolaritajiet fil-votazzjoni.

Ekonomija

Sport