Sunday, December 22, 2024

Il-President tal-Arġentina jgħid li jrid bidla fil-pajjiż

Aqra wkoll

Il-President il-ġdid tal-Arġentina, li ta’ min isemmi jżomm mal-lemin estrem wiegħed li se jkun qiegħed jitratta dak li jissejjaħ ix-xokk ekonomiku li minnhu għaddej minnu l-pajjiż. Dan qalu fl-ewwel diskors tiegħu, hekk kif inħatar president.

Javier Milei wissa lill-Arġentini li l-pajjiż ma għandux wisq flus u li fix-xhur li ġejjin, se jkun qiegħed jimpenja ruħu sabiex iħabbar programm ta’ miżuri ħorox ta’ awsterità, bil-għan li jiġu megħjuna.

L-inawgurazzjoni tal-ħatra tas-Sur Milei bħala president saret fi Buenos Aires nhar il-Ħadd. F’ġurnata ta’ ċerimonja, Milei għamel diskors li ħalla lill-Arġentini bla dubju jifhmu li, l-president il-ġdid beħsiebu jieħu ħsieb l-aspett ekonomiku tal-pajjiż differenti minn kwalunkwe president preċedenti.

Huwa rrimarka li se jnaqqas l-infieq, li se jnaqqas id-djun pubbliċi li ddiskervihom bħala enormi u beħsiebu wkoll jbaxxi l-inflazzjoni, li bħalissa tinsab ogħla minn 140%.

Intat midja internazzjonali qed tirraporta li r-raġuni għala s-sur Milei kiseb il-fiduċja u qed jokkupa l-kariga ta’ president, hija minħabba l-valuri li jemmen fihom. Dawn jinkludu restrizzjonijiet fid-drittijiet tal-abort, il-liberalizzazzjoni tal-liġijiet tal-armi u ċ-ċaħda għat-tibdil fil-klima.

Ekonomija

Sport