Wednesday, July 24, 2024

KM Malta Airlines tiftaħ il-bookings online fuq il-website tagħha

Aqra wkoll

KM Malta Airlines Limited, il-linja nazzjonali tal-ajru, nediet il-website fejn wieħed jista’ jfittex u jixtri l-biljetti tal-ivjaġġar. 

Fi stqarrija, il-kumpanija qalet li f’temp ta’ ġimgħa, kien hemm madwar 122,000 persuna li qatgħu biljett għall-iskeda tas-sajf. Fl-istess stqarrija, il-kumpanija qalet li bħalissa għandha madwar 8,500 titrjira skedati, li kollha jkopru 17-il ajruport fi 15-il belt differenti. Dawn jinkludu; Amsterdam, Berlin, Brussell, Katanja, Dusseldorf, Londra (Gatwick u Heathrow), Lyon, Madrid, Milan, Munich, Pariġi (Charles de Gaulle u Orly), Praga, Ruma, Vjenna u Zurich.

Għal aktar tagħrif u informazzjoni dwar il-biljetti, wieħed jista jżur www.kmmaltairlines.com .

Ekonomija

Sport