Saturday, December 21, 2024

Il-President tal-Brażil jibqa’ pożittiv għall-Covid-19

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-President tal-Brażil Jair Bolsonaro f’intervista li kellu fuq stazzjoni televiżiv qal li huwa rriżulta pożittiv fl-aħħar testijiet li sarulu għall-covid-19.

Bolosonaro kien nieqes mill-irwol tiegħu għal xi żmien minħabba r-riskju tat-tixrid tal-Covid-19. Huwa żvela li kien ġie infettat fis-7 ta’ Lulju li għadda. Huwa spjega li għall-ewwel kellu temperatura għolja u uġigħ fil-muskoli iżda qal li beda jirkupra minnufih wara li nagħta l-ewwel assistenza medika. Huwa nnota l-fatt li ma hemm l-ebda prova xjentifika li l-hydroxychloroquine hija effettiva iżda insista li fuqu ħadmet.

Fil-Brażil kien hemm it-tieni l-akbar ammont ta’ persuni li kienu kkonfermati infettati bil-virus fid-dinja wara l-Istati Uniti li fil-jiem li ġejjin mistennija tilħaq iż-żewġ miljun każ.

Ekonomija

Sport