Monday, May 13, 2024

Tislima lil kważi 30,000 vittma tal-Covid-19 fi Spanja

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Spanja s’issa tilfet aktar minn 28,400 persuna kawża tal-pandemija tal-Covid-19.

Aktar kmieni nġabru l-għola awtoritajiet tal-pajjiż fosthom rappreżentanti fl-Ewropa u politiċi Spanjoli, flimkien mal-familji tal-vittmi fejn sellmu l-memorja ta’ dawn il-persuni kif ukoll dawk li ħadmu qatigħ biex jiġġieldu din il-pandemija.

Folla ta’ madwar 400 persuna nġabret quddiem il-Palazz Rjali f’Madrid fejn dawk preżenti poġġew fuq siġġijiet imqassmin b’distanza soċjali. Dawk preżenti dehru libsin maskri suwed u poġġew fjuri mal-fjamma li tkebbset biex tfakkar il-memorja tal-vittmi.

Hernando Maria Calleja, ħu l-ġurnalist Jose Maria li huwa wieħed mill-vittmi tkellem u qal li l-virus kien “krudili, qerriedi u ħasad il-vittmi bla ħniena”.

Huwa qabbel l-uġigħ li hu għandu f’qalbu ma’ dak ta’ dawk preżenti minħabba t-telfa tal-qraba tagħhom.

Sport