Friday, December 27, 2024

Il-President tar-Repubblika Ċeka mill-ġdid l-isptar wara li rriżulta pożittiv għall-Covid-19

Aqra wkoll

Il-President tar-Repubblika Ċeka, Milos Zeman kellu jiddaħħal mill-ġdid l-isptar wara li rriżulta pożittiv għall-Covid-19. Fi stqarrija maħruġa mill-uffiċċju tiegħu ġiet konfermata din l-aħbar u ntqal li huwa kellu jiddaħħal fi sptar fi Praga.

Zeman, ġie rrilaxxat mill-isptar wara sitt ġimgħat ta’ kura. Zeman, li llum għandu 77 sena, kien daħal l-isptar fl-10 ta’ Ottubru li għadda minħabba kumplikazzjonijiet kkawżati minn marda kronika li jbati minn­ha. L-uffiċċju tal-President ma speċifikax x’inhi l-marda, iżda t-tobba qalu li din hija relatata mal-fwied. 

Zeman kien iddaħħal l-isptar ġurnata wara l-elezzjoni parlamentari li fiha l-alleati tiegħu – immexxija mill-Prim Ministru Andrej Babis – kienu tilfu kontra l-koalizzjoni ċentru-lemini. Kawża ta’ din l-elezzjoni, is-saħħa tal-President fuq il-parlament ġiet imnaqqsa sostanzjalment. 

Inizjalment il-president kien qiegħed jinżamm fis-sezzjoni tal-kura intensiva ġewwa l-isptar u t-tobba kienu qalu li s-sitwazzjoni tiegħu hija inċerta. Minħabba f’hekk, il-Parlament kien beda jippreparata għal dibattitu biex l-impenji tal-president jgħaddu f’idejn persuna oħra iżda  ġara li l-kundizzjoni ta’ Zeman tjiebet. 

Min-naħa tiegħu Zeman qal li huwa se jirrispetta r-riżultat tal-elezzjoni msemmija iktar kmieni u llum kellu jappunta lill-mexxej ċentru-lemini Peter Fiala bħala Prim Ministru.

Ekonomija

Sport