Thursday, April 18, 2024

Ikomplu jikkwalifikaw aktar timijiet mill-UEL u mill-UCL

Aqra wkoll

Meta ntlagħbet il-ħames ġurnata tal-Fażi tal- Gruppi tal-UEFA Europa League u tal-UEFA Confe­rence League, bosta timijiet għaddew  mal-Aħ­ħar 16. 

Fl-Europa League kkwa­lifikaw Lyon, Bayer Lever­kusen, West Ham, Gala­tasaray, Lazio, Real Betis,  Rangers, Eintracht Frankfurt, Monaco u Olympiakos.

Fil-Conference League għaddew Maccabi Tel Aviv, Lask Linz, Gent, AZ Alkmaar, Feyenoord, FC Copenhagen, Slovan Bratislava, Rennes, Basel, Bodo Glimt, Roma u Qarabag. 

UEFA EUROPA LEAGUE

Spartak M. v Napoli  – F’partita li ntlagħbet nhar l-Erbgħa li għadda, Napoli sfaw megħluba minn Spartak Moscow bl-iskor ta’ 2-1 permezz ta’ doppjetta ta’  Aleksandr Sobolev (3 pen, 28) filwaqt li Eljif Elmas (64) naqqas il-marġni għall-Partenopei. Fl-aħħar logħba tal-grupp huma jospitaw lil Leicester City. 

Leicester C. v Legia W.  – Leicester City żammew it-tamiet tagħhom ħajjin li jikkwalifikaw meta għelbu lil Legia Warsaw tal-Polonja bl-iskor ta’ 3-1, bil-goals jaslu minn Patson Daka (11), James Maddison (21) u Wilfred Ndidi (33). Filip Mla­denovic (26) wieġeb għal Legia. 

Lokomotiv M. v Lazio – Lazio marru r-Russja u għelbu lil Lokomotiv Moscow bl-iskor ta’ 3-0 biex għaddew mal-Aħħar 16. Il-goals waslu minn żewġ penalties ta’ Ciro Immobile (56, 63) u Pedro (87). 

Leverkusen v Celtic  – Celtic sfaw eliminati meta barra minn darhom tilfu kontra Leverkusen bl-iskor ta’ 3-2, b’goals minn Robert Andrich (16, 82) u Moussa Diaby (87) filwaqt li Josip Juranovic (40 pen) u Jota (56) wieġbu għall-Iskoċċiżi.

Rapid V. v West Ham  – West komplew għaddejjin bis-sensiela pożittiva meta marru l-Awstrija u għelbu lil Rapid Vienna b’goals minn Andriy Yarmolenko (40) u Mark Noble (45 pen).

Rangers v Sparta P.  – Rangers għelbu lil Sparta Prague 2-0 biex għaddew bil-konfront dirett wara li ċ-Ċeki kienu rebħu 1-0. Il-goals kellhom il-firma ta’ Alfredo Morelos (15, 49).  

EUROPA CONF. LEAGUE

Mura v Tottenham – Tottenham marru s-Slovenja biex jilagħbu kontra Mura iżda ddiżappuntaw bil-kbir meta sfaw megħluba bl-iskor ta’ 2-1 biex issa jridu jistennew sal-aħħar ġurnata biex jikkwalifikaw meta jospitaw lil Rennes li diġá qatgħu l-passaġġ tagħhom. 

Il-goals ta’ Mura waslu minn Tomi Horvat (11) u Amadej Marosa (92) filwaqt li Harry Kane (72) kiseb id-draw momentarju għal Spurs li kellhom lil Ryan Sessegnon (32) imkeċċi. 

Roma v Zorya – Roma ospitaw lil Zorya u għelbuhom bl-iskor ta’ 4-0 biex għaddew għar-round li jmiss b’goals minn Carles Perez (15), Nicolo Zaniolo (33) u Tammy Abraham (46, 75) … b’Henrikh Mikhitar­yan (41) ifalli penalty. 

Ekonomija

Sport