Thursday, December 26, 2024

Il-President tat-Tajwan tirriżenja minn Kap tal-Partit Demokratiku Progressiv

… wara r-riżultat fl-elezzjonijiet lokali

Aqra wkoll

Il-President tat-Tajwan Tsai Ing-wen irriżenjat minn Kap tal-Partit Demokratiku Progressiv wara l-wirja fqira tiegħu fl-elezzjonijiet lokali.

L-oppożizzjoni Kuomitang (KMT) rebħet diversi elezzjonijiet matul il-jum tas-Sibt, inkluż il-kapitali Taipei. Il-vot ġibed l-attenzjoni globali hekk kif it-Tajwan qed isservi bħala ‘flashpoint’ ġeopolitiku akbar bejn iċ-Ċina u l-Istati Uniti. 

“Ir-riżultat elettorali ma kienx kif mistenni. Inħoss li għandi nerfa’ r-resposabbiltà kollha u nirriżenja minn DDP b’mod immedjat,” qalet Tsai filwaqt li żiedet tgħid li se tkompli fil-kariga tagħha bħala President.

Il-votanti ma ridux ukoll li titnaqqas l-età biex wieħed jivvota minn 20 għal 18-il sena f’referendum li sar flimkien mal-elezzjonijiet lokali. Il-Gvern Ċiniż jara lit-Tajwan bħala provinċja separata, li eventwalment tkun parti mill-pajjiż.

Iżda ħafna ċittadini tat-Tajwan iqisu l-gżira tagħhom, bil-Gvern tagħha stess u anke b’sistema demokratika – bħala distinta. 

It-tensjoni laħqu l-qofol tagħhom f’Awwissu meta Beijing għamel eżerċizzji militari kbar madwar it-Tajwan fi protesta kontra ż-żjara tal-Ispeaker tal-Kamra tal-Istati Uniti Nancy Pelosi fil-gżira.

Ekonomija

Sport