Sunday, December 22, 2024

Il-President u s-Sinjura tiegħu jħallu Malta biex jattendu għall-Inkurunazzjoni tar-Re Karlu III

Aqra wkoll

Il-President ta’ Malta George Vella u s-Sinjura Miriam Vella ħallew Malta dalgħodu għal żjara fir-Renju Unit. Huma ġew mistiedna biex jattendu għall-Inkurunazzjoni tar-Re Karlu III u r-Reġina Camilla f’Westminster Abbey f’Londra.

Il-President Vella se jattendi, fost oħrajn, għal avveniment mal-kapijiet tal-Pajjiżi tal-Commonwealth ad unur tar-Re Karlu III organizzat mis-Segretarju Ġenerali tal-Commonwealth f’Marlborough House u għal avveniment għall-mistednin tal-inkurunazzjoni tar-Re Karlu III u r-Reġina Camilla fil-Palazz Buckingham.

Sakemm il-President Vella se jkun impenjat biż-żjara fir-Renju Unit, il-Professur Frank Bezzina se jservi fil-kariga ta’ Aġent President ta’ Malta. Il-President u s-Sinjura Vella jiġu lura Malta nhar it-Tnejn, 8 ta’ Mejju 2023.

Ekonomija

Sport