Friday, July 26, 2024

Il-President u s-Sinjura Vella jżuru l-proċess tal-għadd tal-flus miġbura waqt l-Istrina BOV Piggy Bank Campaign 2023

Aqra wkoll

Il-Ġimgħa filgħodu, il-President George Vella flimkien ma’ martu s-Sinjura Vella żaru l-proċess tal-għadd tal-flus miġbura matul il-kampanja tal-Istrina BOV Piggy Bank 2023.

Dan il-proċess qiegħed isir fl-uffiċini prinċipali tal-Bank of Valletta f’Santa Venera.

Dawn il-flus inġabru mill-iskejjel primarji u sekondarji ta’ Malta u Għawdex sabiex is-somma totali miġbura tiġi ppreżentata lill-Malta Community Chest Fund (MCCF) waqt l-Istrina tat-Tlieta, 26 ta’ Diċembru li ġej.

F’kelmtejn qosra, il-President George Vella rringrazzja lill-Bank of Valletta għall-kollaborazzjoni tagħhom u radd ħajr lill-voluntiera kollha tal-MCCF li jiddedikaw il-ħin għal din il-kampanja. Huwa stqarr li kull donazzjoni miġbura tagħmel differenza fil-ħajjiet ta’ dawk kollha li jkunu jeħtieġu l-assistenza tal-Malta Community Chest Fund u esprima s-sodisfazzjon tiegħu għas-sehem li taw l-istudenti, l-għalliema u anke l-ġenituri f’din il-kampanja.  

Din kienet l-għoxrin edizzjoni tal-Istrina BOV Piggy Bank Campaign, li matulha fil-ġimgħat li għaddew, is-Sinjura Miriam Vella, żaret numru sabiħ ta’ skejjel u ħeġġet lit-tfal biex ikunu parti minn din il-kampanja.

Ekonomija

Sport