Monday, December 23, 2024

Il-President Ukren jgħid li r-Russja qiegħda tattakka ħażniet ta’ fjuwil u ikel

Aqra wkoll

Il-President Ukren Volodymyr Zelenskiy talab lill-Punent biex iforni lill-Ukrajna b’tankijiet, ajruplani u missili biex ikunu jistgħu jiddefendu ruħhom mill-forzi tal-armati Russi li jidher li qegħdin jikkonċentraw l-attakki tagħhom fuq il-ħażniet tal-fjuwil u dawk tal-ikel. Zelenskiy qal li l-Ukrajna għandha bżonn biss 1% tal-armamenti li għandha n-NATO, liema armamenti fil-preżent jinsabu fi mħażen ma jintużawx.

Intant fi żjara ta’ tlett ijiem li l-President Amerikan Joe Biden għamel fl-Ewropa huwa għadda kummenti li taw x’wieħed jifhem li Washington għandha tieħu iktar azzjoni qawwija fil-konfront tar-Russja fejn qal li l-President Vladimir Putin “m’għandux jibqa’ fil-poter”.

Fi stqarrija ta’ kjarifika li ħarġet ftit wara l-White House, din iċċarat li l-kummenti ta’ Biden ġewwa Warsaw il-Polonja ma kinux ifissru li hemm bżonn ta’ bidla fit-tmexxija Russija, iżda li Putin m’għandux jitħalla juża l-forza fuq il-ġirien tiegħu u r-reġjun. 

Min-naħa tagħha r-Russja kkritikat il-kummenti tal-President Amerikan Joe Biden u qalet li l-Istati Uniti m’għandhiex tindaħal min għandu jiggverna lir-Russja. 

Ekonomija

Sport