Sunday, November 24, 2024

Il-President Vella jaċċenna għall-emenda tat-tqala… minkejja li “ma jistax”

Fid-diskors ta’ Jum ir-Repubblika…

Carmen Cachia
Carmen Cachia
Ġurnalista

Aqra wkoll

Fid-diskors tiegħu għal Jum ir-Repubblika, il-President ta’ Malta George Vella għamel referenza għad-diskussjoni taħraq li għaddejja bħalissa dwar l-emenda tat-tqala. Dan minkejja li President ma jkunx jista’ jitkellem dwar abbozz ta’ liġi li jkun għadu diskuss fil-Parlament.

Vella sostna li, “imma dawn huma ċirkostanzi partikolari u għalhekk għandi nesprimi t-tama tiegħi li tinstab soluzzjoni u li jkunu indirizzati l-punti kollha li qegħdin jiġu espressi minn esponenti differenti f’dan id-dibattitu.”

“Irrid nara pajjiż fejn kull Malti jkun kburi li huwa Malti u pajjiż fejn tirrenja s-solidarjetà kuljum u dejjem”

“Hija x-xewqa tiegħi bħalma jien ċerti li hija x-xewqa tal-maġġoranza tal-poplu li naraw li pajjiżna jkompli jgħix fil-paċi u jaħdem bis-sħiħ biex ixerred il-politika tal-paċi u mhux il-politika tal-gwerer. Irrid nara pajjiż fejn fih isseħħ u tidher li qiegħda sseħħ il-ġustizzja soċjali. Minkejja li ddaħħlu ħafna miżuri biex jinqeda ċ-ċittadin għad hemm fadal ħafna xi jsir. Nixtieq li ntaffu malajr kemm jista’ jkun il-problema ta’ nies li m’għandhomx saqaf fuq rashom jew akkomodazzjoni diċenti. Kif kelli okkażjoni ngħid, ħafna drabi l-ħolma tiegħi hija li nara aktar għaqda ġenwina fost il-Maltin u l-Għawdxin. Fuq kollox, irrid nara pajjiż fejn kull Malti jkun kburi li huwa Malti u pajjiż fejn tirrenja s-solidarjetà kuljum u dejjem. Viva Malta Repubblika”.

Hekk qal fid-diskors tiegħu għal Jum ir-Repubblika, il-President ta’ Malta George Vella, li fakkar kif 48 sena ilu pajjiżna kiseb l-ogħla sovranità li seta’ jilħaq b’mexxejja magħżula minnu biex il-poplu tagħna jieħu rajħ f’idejh. Filwaqt li fakkar li fil-kisba tagħna għal identità ġdida ma nteridx demm, huwa tkellem kif in-newtralità ta’ pajjiżna żammitna ‘l bogħod mill-gwerer u nżommu l-paċi imma fl-istess ħin l-istess newtralità qatt ma żammitna milli ngħinu kif nistgħu lil dawk milquta f’konflitti bħalma hija dik preżenti fil-kontinenti tagħna, il-gwerra fl-Ukrajna.

“In-newtralità tagħna sal-lum ma waqfitniex milli nieqfu lil min jisfida l-liġijiet internazzjonali. Ikkundannajna u ngħinu lill-vittmi bil-mezzi kollha possibbli. Sal-lum, in-newtralità tagħna għadha valida,” spjega l-President Vella.
Huwa qal li bħala President jixtieq li jara li dan il-pajjiż jasal fil-futur u dak kollu li għandna tajjeb, nibżgħu għalih u ntejbuh inkluż is-servizz tas-saħħa li għandna. Vella ħeġġeġ għal kontinwità ta’ ħidma ta’ trasparenza, kontabilità u ekwita jitħadmu dejjem aktar b’rispett sħiħ lejn id-demokrazija u l-ġustizzja ġewwa pajjiżna.

Sport