Tuesday, May 14, 2024

Eva Kaili titneħħa minn Viċi President tal-Parlament Ewropew

Aqra wkoll

Il-Viċi President tal-Parlament Ewropew Eva Kaili tneħħiet minn din il-kariga wara vot unanimu fl-istess Parlament. Fil-fatt kienu 625 membru li vvotaw biex Kaili titneħħa mill-kariga, membru wieħed li vvota kontra u żewġ membri li astjenew. Bħalissa l-Parlament Ewropew qiegħed jitlaqqa’ fi Strasbourgu.

Il-Membru Parlamentari Griega spiċċat akkużata b’ħasil ta’ flus u korruzzjoni li fih hemm involut il-Qatar.

Hija ġiet akkużata mill-pulizija Belġjana flimkien ma’ tlieta oħrajn wara li fid-djar tagħhom instabu ammonti kbar ta’ flus kontanti.

Waqt li ttieħed il-vot, il-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola sostniet li “dawn huma ġranet diffiċli ħafna għad-Demokrazija Ewropea”.

Intant l-avukat ta’ Kaili, Michalis Dimitrakopoulos waqt li kien qed jiġi intervistat minn stazzjoni televiżiv Grieg qal li l-klijenta tiegħu hija nnoċenti u m’għandha x’taqsam xejn mal-allegat korruzzjoni li fih hemm il-Qatar involut.

Meta ġiet mistoqsi dwar l-allegat flus li nstabu fl-appartament ta’ Kaili, l-avukat sostna li m’għandu l-ebda idea jekk instabux xi flus jew jekk instab kemm kien l-ammont.

Il-pulizija Belġjana ffriżat l-assi tal-akkużati kif ukoll tal-għaxar impjegati ta’ Eva Kaili.

Sport