Tuesday, May 28, 2024

Il-President Vella jifraħ lill-President Taljan Sergio Mattarella

Aqra wkoll

Il-President George Vella feraħ mill-qalb lill-President Sergio Mattarella, wara li reġa’ ġie elett u kkonferma r-rieda tiegħu li jkompli jaqdi lill-Italja bħala President tar-Repubblika Taljana.

Filwaqt li jawgura lill-President Mattarella kull suċċess fil-qadi ta’ dmirijietu, il-President ta’ Malta fakkar il-kwalitajiet eċċellenti u l-valuri sodi li ddistingwew il-mandat tal-President Mattarella f’dawn l-aħħar snin. 

Din il-konferma, żied jgħid il-President Vella, tkompli tikkonferma s-sens ta’ dmir u ta’ responsabbiltà li kkaratterizza lill-President Mattarella tul il-karriera politika kollha tiegħu.

Il-President George Vella qal li  jinsab ħerqan biex jilqa’ lill-President Sergio Mattarella f’Malta għal-Laqgħa ‘Arraiolos’ tal-kapijiet tal-istat tal-UE f’Ottubru ta’ din is-sena.

Sport