Wednesday, April 8, 2026

Il-prezz tad-dijżil u l-petrol fl-Italjaikompli jiżdied minkejja li naqas il-prezz taż-żejt

Aqra wkoll

Il-prezzijiet tad-dijżil u l-petrol fl-Italja qegħdin ikomplu joħolqu kontroversji u dan hekk kif minkejja li l-prezz taż-żejt niżel minn $110-il barmil għal $95-il barmil wara li tħabbar il-ftehim ta’ waqfien mill-ġlied bejn l-Istati u l-Iran, fl-Italja il-prezzijiet baqgħu jiżdiedu.

F’rapporti li nħarġu dwar il-prezz medju intqal li l-prezz tad-dijżil kien ta’ €2.17 kull litru waqt li dak tal-petrol kien ta’ €1.78 kull litru. Jidher li l-aktar reġjuni fejn il-prezz tad-dijżil u l-petrol qed jogħla huma l-Kalabrija u Sqallija.

Ir-rapport jgħidu li llum il-prezz medju tad-dijżil fuq il-highway kien ta’ medja ta’ €2.19 u dan meta ftit jiem qabel kien €2.15 waqt li dak tal-petrol kien ta’ €1.825.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport