Saturday, April 27, 2024

Il-Prim Ministru fi żjara lill-impjegati ta’ Burmarrad Commercials

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Se tinvesti f’faċilità ġdida u f’aktar vetturi elettriċi

Id-Direttur ta’ Burmarrad Commercials Mario Gauci qal li l-kumpanija llum tħaddem mal-65 ħaddiem u ser tuża l-faċilità l-ġdida biex topera b’iżjed effiċjenza filwaqt li tkun tista’ tiddiversifika x-xogħol, inkluż il-konverżjoni ta’ diversi vetturi. Huwa ħabbar ukoll li l-kumpanija se tinvesti fi flotta ġdida oħra ta’ vetturi elettriċi wara investiment simili li wettqet is-sena li għaddiet.

Qal li l-kumpanija sabet appoġġ kbir mill-Malta Enterprise u entitajiet oħra sabiex jiffaċilitaw dawn il-proġetti, li huma determinati li jkomplu jsegwu. Spjega li l-operat dinamiku tal-kumpanija jista’ jwassal għal ħolqien ta’ aktar impjiegi ta’ kwalità f’dan is-settur ekonomiku, li joffri wkoll bosta opportunitajiet lil studenti li juru interess qawwi f’xogħol tas-sengħa bħall-mekkanika, sprayers, tellara u auto technicians.

Il-Prim Ministru Robert Abela laqa’ s-sens ta’ inizjattiva u innovazzjoni fit-tmexxija tal-kumpanija u tahom ħajr għall-fiduċja li qegħdin ikomplu juru fl-ekonomija ta’ pajjiżna. Innota kif is-suċċess ta’ kumpanija bħal din u oħrajn f’pajjiżna huwa rifless mill-ambjent pożittiv li jinħoloq bejn il-ħaddiema u t-tmexxija tal-kumpanija. Qal li dan kollu jsarraf f’iżjed produttività u effiċjenza fuq il-post tax-xogħol.

Huwa laqa’ wkoll l-investiment li l-kumpanija ser tkompli tagħmel f’xiri ta’ vetturi elettriċi u qal li dan jimxi id f’id mal-politika tal-gvern, li jħeġġeġ l-użu ta’ karozzi li jnaqqsu l-emissjonijiet u li jaħdmu b’enerġija nadifa.

Sport