Friday, December 13, 2024

Il-Prim Ministru Ingliż jagħmel u-turn… se joqgħod kwarantina

Maria Azzopardi
Maria Azzopardi
Ġurnalista

Aqra wkoll

Il-Prim Ministru Boris Johnson u l-Kanċillier se jiżolaw lilhom infushom wara kuntatt mas-Segretarju tas-Saħħa Sajid Javid, li ttestja pożittiv għall-Covid-19.

Din id-deċiżjoni ttieħdet ftit ħin wara numru ta’ kritika għall-aħbar inizjali fejn intqal li Johnson mhux se jagħmel kwarantina minkejja l-kuntatt ma’ Javid.

Inizjalment, Johnson qal li se jsegwi programm pilota offrut mis-sistema tas-saħħa Ingliża li tinvolvi li jagħmel test kuljum tal-Covid-19.

Id-deċiżjoni li ttieħdet fl-aħħar sigħat, li jfisser li se josserva pejodu ta’ kwarantina, ġiet deskritta bħala waħda mill-aktar U-turns tal-gvern li ttieħdet f’perjodu ferm qasir.

Fl-aħħar sigħat tħabbar li Javid kien pożittiv għall-Covid-19 u qed isofri minn sintomi ħfief. Javid qal li hu rċieva ż-żewġ dożi tat-tilqim u li għamel test rapidu wara li l-Ġimgħa filgħaxija ħassu daqsxejn ma jiflaħx u rriżulta pożittiv għall-virus. Huwa żied jgħid li beda perjodu ta’ kwarantina sakemm jirċievi r-riżultat tal-PCR.

Ekonomija

Sport