Friday, November 15, 2024

Il-Prim Ministru jemfasizza li l-Baġit li ġej se jkun wieħed soċjali

Aqra wkoll

Il-wage supplement mogħtija biex tgħin lil kumpaniji u negozji fix-xhur tal-pandemija tal-Covid-19 se tkun qed tiġi estiża sal-aħħar ta’ Ottubru. Qal dan il-Prim Ministru Robert Abela, filwaqt li indika li din l-għajnuna se tkun qed issir disponibbli wkoll lil setturi oħrajn li ġew affettwati ekonomikament mill-pandemija.

Waqt intervista fuq l-istazzjon tar-radju tal-Partit Laburista, filwaqt li qal li s-sistema tal-vawċers imnedija mill-Gvern intlaqgħet tajjeb ħafna, huwa tenna li ma setax jgħid jekk il-gvern kienx se jerġa’ joħroġ vawċers ġodda.

Fl-istess waqt emfasizza li l-Baġit li jmiss se jkun wieħed soċjali li se jkun qed jgħin b’mod partikolari lill-pensjonanti, lill-ħaddiema u lil dawk li waqgħu lura. Tenna wkoll li l-Baġit se jkun qed jemfasizza wkoll fuq l-infrastruttura tal-pajjiż, b’mod partikolari t-toroq, kif ukoll miżuri biex jgħinu lis-settur privat u jsaħħu l-ekonomija.

Il-Prim Ministru tkellem ukoll dwar il-ftuħ tal-iskejjel, u qal li dawk il-ġenituri li jagħżlu li ma jibagħtux lil uliedhom l-iskola minħabba l-pandemija tal-Covid-19 mhumiex se jkunu qed jiġu penalizzati. Fl-istess waqt emfasizza dwar l-importanza li l-istudenti jmorru l-iskola, u saħaq li t-tagħlim onlajn ma jissostitwixxix it-tagħlim fil-klassi.

Ekonomija

Sport