Thursday, April 25, 2024

L-attriċi Ġappuniża Yuko Takeuchi tinstab mejta f’darha fl-età ta’ 40 sena

Aqra wkoll

L-attriċi popolari Ġappuniża Yuko Takeuchi nstabet mejta fid-dar tagħha f’Tokyo fl-età ta’ 40 sena.

Il-midja lokali qed tgħid li l-Pulizija Ġappuniża nidiet investigazzjoni, bl-ewwel indikazzjonijiet tagħhom hija li l-omm ta’ żewġt itfal wettqet suwiċidju.

Ir-rapporti jgħidu li l-attriċi nstabet minn żewġha Taiki Nakabayashi, li huwa wkoll attur.

Takeuchi kienet attriċi magħrufa sew fil-Ġappun, u tul il-karriera tagħha kienet ħadet sehem f’diversi films u serje televiżivi.

Fis-serje ta’ HBO “Miss Sherlock”, liema serje bdiet tintwera fl-2018, hija kienet tinterpreta r-rwol ta’ Sherlock Holmes femminili. Is-serje kienet ixxandret f’diversi pajjiżi, inklus fl-Istati Uniti.

Bejn l-2004 u l-2007 hija rebħet ukoll l-premju bħala l-aqwa attriċi fi rwol ewlieni fl-għoti ta’ premjijiet tal-Akkademja Ġappuniża.

Sport