Wednesday, March 27, 2024

16-il ħaddiem imutu f’minjiera fiċ-Ċina kaġun tal-monossidu tal-karbonju

Aqra wkoll

Sittax-il ħaddiem mietu wara li kienu esposti għal livelli eċċessivi tal-monossidu tal-karbonju f’minjiera tal-faħam fiċ-Ċina.

L-awtoritajiet Ċiniżi qalu li b’kollox kien hemm 17-il ħaddiem li nqabdu fil-minjiera li tinsab ’il barra mill-belt ta’ Chingqing. Il-Gvern muniċipali ta’ Chingqing qal li persuna ttieħdet l-isptar, filwaqt li l-oħrajn ma kinux qed juru sinjali ta’ ħajja meta ġew salvati.

L-aġenzija tal-aħbarijiet statali Xinhua qalet li l-livelli perikolużi tal-monossidu tal-karbonju kienu prodotti wara li conveyor belt ħa n-nar. L-aġenzija tal-aħbarijiet AFP qalet li l-minjiera hija operata mill-kumpanija statali għall-enerġija Chongqing Energy.

Ekonomija

Sport