Tuesday, December 24, 2024

Il-Prim Ministru jiddeskrivi r-replika ta’ Grech bħala “bla beef”

Aqra wkoll

Fl-ewwel reazzjoni tiegħu mal-ġurnalisti wara r-replika tal-Kap tal-Oppożizzjoni dwar il-Budget, il-Prim Ministru Robert Abela qal li assistejna għal diskors “bla beef”, ta’ min huwa aktar kien interessat li jispjega dwar l-importanza li jkun hu Prim Ministru mingħajr ma ressaq ebda proposta ‘l quddiem ta’ x’qiegħed jipproponi għal dak li huwa qed isejjaħlu li għandu jkun Gvern alternattiv.

“Illum se nelenka fid-dettall il-viżjoni li dan il-Gvern għandu għal pajjiżna. Viżjoni li teħodna lejn l-ewwel miri intermedjarji tal-2035 imbagħad sas-sena 2050. Id-diskors tal-lum kompla juri kemm l-għażla u d-differenza bejn iż-żewġ partiti politiċi hi waħda ċara. 

“Kap tal-Opppożizzjoni mingħajr ebda viżjoni, bla ebda proposti għal pajjiżna. Min-naħa l-oħra, Budget li jfassal direzzjoni ċara b’miżuri fosthom it-tax cuts, żieda oħra qawwija fiċ-children’s allowance. Illum se jkolli l-opportunità li nkompli nispjega u nfassal id-direzzjoni ‘l quddiem,” temm jgħid il-Prim Ministru.

Ekonomija

Sport