Sunday, March 23, 2025

Il-Prim Ministru l-ġdid Kanadiż iħabbar elezzjoni ġenerali bikrija

Aqra wkoll

Il-Prim Ministru Kanadiż Mark Carney ħabbar elezzjoni ġenerali bikrija li mistennija ssir fit-28 ta’ April li ġej.

Kien fil-bidu ta’ dan ix-xahar li Carney ħa t-tmexxija tal-Partit Liberali minn idejn l-eks Prim Ministru Justin Trudeau. Carney qal li hu qiegħed isejjaħ elezzjoni ġenerali biex ikollu mandatt ċar tat-tmexxija, iżda wkoll minħabba l-problemi fir-relazzjonijiet li hemm mal-Istati Uniti wara li l-President Trump daħħal diversi taxxi fuq il-Kanada.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport