Wednesday, December 25, 2024

“Il-Prim Ministru ried imur iċafċaf hu bil-boat u ta messaġġ ħażin” – Id-Deputata tal-PN Claudette Buttigieg

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Id-Deputata Nazzjonalista Claudette Buttiġieġ, waqt li tkellmet dwar l-istqarrija ministerjali tad-Deputat Prim Ministru Chris Fearne,  qalet li “llum intwera nuqqas ta’ rispett lejn il-vittmi min-naħa tal-gvern u dan għax il-preżenza tad-deputati fuq in-naħa tal-gvern f’din l-istqarrija hu wieħed minimu”.

Hi saħqet li “l-Prim Ministru ried imur iċafċaf hu bil-boat fis-sajf, u dan ta’ messaġġ ħażin”.

Min-naħa tiegħu, id-Deputat Nazzjonalista Stephen Spiteri qal li “llum hawn emerġenza fis-saħħa pubblika u dan għax il-ħaddiema fil-qasam tas-saħħa qed jaħdmu taħt pressjoni kbira.” Hu talab lill-Gvern biex isejjaħ emerġenza pubblika.

Ekonomija

Sport