Tuesday, October 1, 2024

Il-Prim Ministru Robert Abela jiltaqa ma’ Neil Agius fil-Berġa ta’ Kastilja

Aqra wkoll

Il-Prim Ministru Robert Abela ltaqa’ ma’ Neil Agius, li l-ġimgħa l-oħra waqqaf rekord dinji tal-itwal distanza ta’ għawm u kiser ir-rekord dinji tiegħu stess.

Il-Prim Ministru Robert Abela faħħar l-inizjattiva ta’ Neil Agius u l-kuraġġ li wera biex wettaq din l-għawma madwar il-gżejjer Maltin. Qal li l-għarfien li kompla jqajjem Neil Agius u l-mod kif ta viżibiltà qawwija lil pajjiżna, ifisser kontribut sabiħ għal Malta.

Fil-Berġa ta’ Kastilja, Neil Agius akkumpanjat minn dawk l-aktar qrib tiegħu fosthom il-ġenituri tiegħu u t-tim li ħadem bla heda għall-kawża tiegħu permezz tal-għawm, iddiskutew il-ħsibijiet wara din l-inizjattiva. Preżenti wkoll kien hemm il-Ministru għall-Edukazzjoni, iż-Żgħażagħ, ir-Riżorsi u l-Innovazzjoni Clifton Grima.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport