Tuesday, December 24, 2024

Il-Prim Ministru Robert Abela jinawgura The Shoreline Mall

-Jisħaq fuq approċċ sostenibbli li jmur id f’id mal-investiment

Aqra wkoll

Fl-impenn tagħna favur proġetti sbieħ u riġenerazzjoni, irridu nġibu bidla li anki tippriserva l-karatteristiċi tal-post. Il-Prim Ministru Robert Abela saħaq fuq dan f’indirizz li għamel waqt żjara u l-inawgurazzjoni ta’ The Shoreline Mall, kumpless ġdid fil-Kalkara li jiġbor fih għadd ta’ ħwienet u jiġbed lejh bosta familji. B’investiment ta’ €200 miljun, The Shoreline huwa proġett fi SmartyCity li fih mhux biss stabbilimenti iżda anki postijiet għad-divertimenti tal-familji, fosthom it-tfal.

Il-Prim Ministru Robert Abela nnota l-investiment li qed isir biex SmartyCity tingħata l-ħajja fosthom bil-kampus state-of-the-art tal-Istitut għall-Istudji Turistiċi.

Qal li rridu nsostnu l-investimenti b’approċċ bilanċjat anki favur is-sostenibbiltà. Hawn ħabbar kif il-Gvern fehem l-ħtieġa ta’ tisħiħ fl-infrastruttura tat-toroq lejn SmartCity iżda għaraf ukoll l-ħarsien ambjentali u huwa għalhekk li mill-proposta oriġinali ta’ qabel 2013, il-Gvern se jnaqqas b’żewġ terzi l-ammont ta’ art esproprjata biex ikun hemm il-link il-ġdida għal SmartCity li tilqa’ għall-volum ta’ viżitaturi. Il-pjan rivedut ifisser ukoll 80% inqas ta’ art privata esproprjata, ħafna minnha salvata hi art agrikola.

Il-Prim Ministru Abela nnota kif l-investiment li kien qed jinawgura fi SmartCity huwa turija oħra ta’ fiduċja f’pajjiżna u tenna l-ispalla li se jkompli jagħti l-Gvern billi jġib ċertezza u stabbiltà.

Qal li dan l-investiment fin-Nofsinhar tal-pajjiż juri wkoll kif dan ir-reġjun jiġbed ukoll lejh familji. Fil-fatt huwa rringrazzja lill-investituri f’dan il-proġett li ħolqu ambjent fejn il-familji jistgħu jqattgħu ħin ta’ kwalità.

Qabel l-inawgurazzjoni, il-Prim Ministru Robert Abela żar il-kumpless fejn iltaqa’ ma’ ħaddiema u familji li kienu fuq il-post.

Ekonomija

Sport