Thursday, April 2, 2026

Il-Prim Ministru Robert Abela jżur il-Forn tal-Ħabs fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin

Aqra wkoll

Il-Prim Ministru Robert Abela, flimkien mal-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol Byron Camilleri, żar il-Forn tal-Ħabs, fejn ġie mdawwar mill-Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi Christopher Siegersma.

Il-Forn tal-Ħabs huwa wieħed mill-akbar u l-eqdem fran fuq il-gżejjer Maltin, li jmur lura għal madwar is-sena 1850. Illum il-forn jopera b’mod attiv, fejn kuljum jiġi prodott ħobż frisk għall-persuni detenuti fil-faċilità korrettiva, kif ukoll jiġu preparati prodotti biex jinxtraw mill-pubbliku, f’diversi perjodi matul is-sena.

Il-Prim Ministru faħħar il-ħidma li kienet qed issir mill-persuni detenuti u l-uffiċjali tal-Aġenzija.

L-inizjattiva mill-Forn tal-Ħabs għandha wkoll għan ċentrali ta’ riabilitazzjoni, fejn tipprovdi opportunitajiet ta’ taħriġ lill-persuni detenuti, sabiex jakkwistaw ħiliet ġodda li jkunu jistgħu jużaw meta jiġu integrati mill-ġdid fis-soċjetà, filwaqt li tgħin ukoll biex tonqos l-istigma li għadha assoċjata mal-faċilità korrettiva.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport