Sunday, November 24, 2024

Il-Prim Ministru u l-PL jsellmu l-memorja ta’ Karin Grech

Aqra wkoll

Illejla l-Partit Laburista sellem il-memorja ta’ Karin Grech fil-ħamsa u erbgħin anniversarju tal-qtil tagħha. 

Il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Robert Abela flimkien mal-amministrazzjoni tal-Partit, u Deputati Laburisti poġġew fjuri quddiem il-monument ta’ Karin Grech f’San Ġwann.

Dr Abela stqarr kif Karin Grech hija vittma tal-intolleranza u firda li wasslu għal att ta’ terroriżmu politiku fi żmien meta missierha l-Professur Edwin Grech kien qed jagħti s-servizzi tiegħu fl-isptarijiet Maltin. 

Spjega kif ta’ kuljum wieħed irid jaħdem sabiex jegħleb l-intolleranza u l-firda permezz tal-paċi u r-rispett sabiex dawn l-episodji ma jerġgħux jirrepetu ruħhom. 

Il-Prim Ministru qal ukoll li minkejja li d-diverġenzi jibqgħu jippersistu fis-soċjetà, irridu lkoll niddjalogaw, sabiex mid-differenzi joħorġu r-riżultati. 

Huwa sellem lill-Professur Edwin Grech

Sport