
Il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela u martu Dr Lydia Abela għadhom kemm tefgħu l-vot tagħhom fl-iskola primarja ta’ Wied il-Għajn.

Ma setax jonqos li l-Prim Ministru u martu jingħataw merħa mill-isbaħ b’ċapċipa kbira minn dawk preżenti.

Aktar tard mistennija jitfgħu l-vot tagħhom ukoll il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech u martu Ann Marie Grech kif ukoll il-President tar-Repubblika George Vella u martu Miriam Vella.