Monday, December 23, 2024

Il-Prim Ministru żamm kelmtu dwar Ħondoq ir-Rummien

- Is-Sindku tal-Qala, Paul Buttigieg

Aqra wkoll

Il-Prim Ministru Robert Abela u l-Partit Laburista żammew kelmthom dwar Ħondoq ir-Rummien. Hekk stqarr is-Sindku tal-Qala, Paul Buttigieg, meta kien qiegħed jindirizza laqgħa politika organizzata mill-Partit Laburista fir-Rabat Għawdex.

Is-Sindku Buttigieg qal li hu qiegħed jitkellem f’din il-laqgħa biex jirringrazzja lill-Prim Ministru f’isem il-poplu tal-Qala u anke f’isem il-Maltin u l-Għawdxin hekk kif issa Ħondoq ir-Rummien se jkun hemm garanzja li mhux se jsir żvilupp fih.

Meta rrefera għal kif kienet żviluppat l-istorja dwar din il-bajja f’Għawdex, is-Sindku Buttigieg qal li l-inkwiet beda fl-2002 meta kienet tressqet talba lill-Kunsill Lokali tal-Qala biex Ħondoq ir-Rummien jgħaddi għand l-iżviluppaturi.

“Dakinhar ma kienx hemm oġġezzjoni mill-Kunsill Lokali, u dan jixhdu mill-minuti tal-laqgħat tal-istess Kunsill. B’dan il-mod, l-art ġie mogħtija lill-iżviluppaturi. Biex is-sitwazzjoni tkompli tiggrava, Gvern Nazzjonalista kien biddel il-pjani lokali biex b’hekk ippermetta biex dan l-iżvilupp ta’ Ħondoq ir-Rummien isir,” kompla jgħid Buttigieg.

Huwa ħabbar li l-Kunsill Lokali diġà ssottometta l-pjani lill-awtoritajiet konċernati dwar kif għandu jsir Ħondoq ir-Rummien sabiex ikun jista’ jitgawda mill-poplu kollu.

Ekonomija

Sport