Saturday, December 14, 2024

Il-Prinċep Charles ifakkar il-vittmi tal-gwerra fil-messaġġ tiegħu tal-Għid

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Fil-messaġġ tiegħu tal-Għid, il-Prinċep Charles tkellem dwar it-tbatija li għaddejjin minnha “l-vittmi innoċenti tal-kunflitt”. Dan b’rabta mal-invażjoni russa fl-Ukrajna li rat miljuni ta’ nies jaħarbu minn pajjiżhom.

Il-Prinċep ta’ Wales qal li jinsab “qalbu maqsuma” bil-qagħda mwiegħra ta’ dawk imġiegħla jaħarbu minn djarhom minħabba l-kunflitt u l-persekuzzjoni. Qal ukoll li jinsab “imqanqal” minn dawk li kienu lesti jiftħu l-bibien tagħhom biex jilqgħu lin-nies fil-bżonn. 

“Illum, miljun ta’ nies kellhom jiċċaqilqu minn pajjiżhom, għajjenin bil-vjaġġ tagħhom, midruba mill-passat, jibżgħu għall-futur u fil-bżonn ta’ kenn, mistrieħ u ġentilezza.

“F’dawn l-aħħar snin, kelli qalbi maqsuma għat-tbatijiet tal-vittmi innoċenti ta’ kunflitt, jew persekuzzjoni, li xi wħud iltqajt magħhom u qaluli stejjer ta’ traġedji li ma tistax titkellem hekk kif ġew imġiegħla jaħarbu minn pajjiżhom u jfittxu kenn ‘l bogħod mid-dar tagħhom,” qal il-Prinċep Charles.

Huwa żied jgħid li kien “profondament kommoss li jara tant nies li kienu lesti jiftħu djarhom għal dawk fil-bżonn, u kif offrew il-ħin u r-riżorsi tagħhom biex jgħinu lil dawk li jaffaċċjaw in-niket u t-tbatija.”

Ekonomija

Sport