Il-Prinċep ta’ Wales kellu jikkanċella żjara f’Winchester biex jinawgura statwa ta’ negozjanta Lhudija wara li rriżulta pożittiv għall-Covid-19. Il-Prinċep Charles irriżulta pożittiv fl-aħħar sigħat u jinsab f’iżolament.
L-istatwa ta’ Licoricia ta’ Winchester ġiet mikxufa f’ismu fil-belt ta’ Hampshire fejn kienet tgħid. Intqal li l-Prinċep kien diżappuntat ħafna u bagħat messaġġ fejn qal li jittama li jżur din il-belt fil-jiem li ġejjin.
Huwa kellu wkoll jiltaqa’ ma’ membri tal-komunità Lhudija u t-tfal tal-iskola qabel jattendi riċeviment ċiviku fis-Sala l-Kbira. L-aħbar li l-Prinċep kien pożittiv għall-Covid-19 waslet madwar 12-il minuta qabel kellu jasal Winchester.