Thursday, December 26, 2024

Il-Prinċep Harry jgħid li beka darba biss wara l-mewt ta’ ommu Diana

Aqra wkoll

Il-Prinċep Harry żvela li huwa beka darba biss wara l-mewt ta’ ommu, Diana, il-Prinċipessa ta’ Wales, fl-1997.

F’parti minn intervista li saret biex jippromwovi l-pubblikazzjoni tal-awtobijografija tiegħu Spare, il-Prinċep Harry jirrakkonta kif hu u l-Prinċep William ma setgħux juru l-emozzjoni tagħhom hekk kif iltaqgħu ma’ dawk li ġew biex jagħtuha l-aħħar tislima. 

Huwa qal ma’ ITV li beka meta ndifnet ommu. Id-Duka ta’ Sussex qal li kien ħass “xi ħtija” waqt li kien miexi qalb il-folol li ħallew fjuri barra Kensington Palace.

It-telfa tal-Prinċipessa Diana fil-ħajja tal-Prinċep Harry hija elenkata bħala waħda mit-temi fil-ktieb Spare. Dan il-ktieb mhux mistenni jiġi ppubblikat qabel l-10 ta’ Jannar, iżda ħarġu siltiet minnu wara li xi kopji bdew jinbigħu kmieni fi Spanja.  

Fl-intervista ma’ ITV, li kellha tixxandar il-Ħadd filgħaxija, il-Prinċep Harry qal li “kulħadd jaf fejn kienu” meta ommu mietet f’inċident bil-karzza f’Pariġi lura f’Awwissu tal-1997. 

Ekonomija

Sport