Sunday, December 22, 2024

“Il-privat m’għandux jistenna lill-gern biex juri responsabbilità soċjali” – L-APF

Aqra wkoll

Il-Forum Kontra l-Faqar Maltija (APF) tilqa’ l-inizjattiva tal-gvern li permezz tal-Awtorità tad-Djar se tassisti persuni u familji li minħabba kundizzjonijiet tal-passat qed isibu l-bieb magħluq f’wiċċhom meta jiġu biex isiru sidien ta’ darhom.

Dawn l-individwi mhux qegħdin jingħataw polza ta’ assigurazzjoni minkejja li llum il-ġurnata huma dikjarati mfejqa. L-APF Malta temmen li din l-inizjattiva hija pass ieħor ’il quddiem fejn tidħol l-inklużjoni soċjali li se tgħin biex jonqos ir-riskju tal-faqar għal dawk li jinsabu f’riskju li jinżlu fl-istratifikazzjoni soċjali tagħhom.

Min-naħa l-oħra l-APF Malta appellat lill-kumpaniji privati tal-assigurazzjonijiet biex ma jibqgħux jistennew tali inizjattivi maħruġa mill-gvern, iżda jintroduċu huma stess poloz b’responsabbilità soċjali sabiex jonqos ir-riskju tal-faqar u fl-istess waqt jippromwovu l-inklużjoni soċjali.

Intant l-APF kellha kliem ta’ tifħir għal dawk il-kumpaniji li diġà jħaddnu inċentivi simili b’mod prattiku aktar milli sempliċiment japprofittaw mis-sitwazzjoni biex jirreklamaw il-prodott.

Ekonomija

Sport