Monday, December 9, 2024

“Il-problema biex in-nisa joħorġu għall-politika” – Bernard Grech

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech iddeskriva l-liġi bħala pass tajjeb imma nsista li waħedha mhux se ssolvi l-problema tan-nuqqas ta’ deputati nisa.

Huwa sostna li l-liġi mhix waħda kompluta u akkuża lill-Gvern u lill-Prim Ministru Robert Abela b’arroganza għax sostna li ma jridux jisimgħu mill-Oppożizzjoni.

Grech qal li fil-prinċipju l-PN jaqbel mal-liġi għax irid aktar nisa fil-politika madankollu waqt li sostna li l-istess nisa m’għandhom bżonn lil ħadd biex jimxu ‘l quddiem saħaq li l-problema mhux li jiġu eletti imma li jikkontestaw.

Huwa nsista li rridu nneħħu l-ostakli li għandhom in-nisa fejn semma kif ħafna nisa jridu jlaħħqu mal-impjieg, max-xogħol fid-dar u jekk joħorġu fil-politika ma’ dawn it-tliet affarijiet f’daqqa.

Grech qal li ħafna nisa huma ‘super women’ u jimpressjonawh għax jirnexxielhom jagħmlu ħafna affarijiet flimkien meta huwa kapaċi biss jagħmel ‘one thing at a time’.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni sostna li rridu niddiskutu jekk id-deputati għandhomx ikollhom l-għażla li jkunu fultajm u żied li l-PN ma jridx li din il-liġi proposta tkun biss għall-PL u l-PN imma tkun miftuħa għal partiti oħra.

Ekonomija

Sport