Sunday, December 22, 2024

Il-produzzjoni fis-settur tal-kostruzzjoni tkompli tiżdied

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Fi żmien xahar, minn April sa Mejju 2021, il-produzzjoni fis-settur tal-kostuzzjoni fiż-żona Euro ra żieda ta’ 0.9% u 0.7% fil-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea. Dawn il-figuri ħarġu minn kalkoli inizjali tal-Eurostat, l-uffiċċju tal-istatistika tal-Unjoni Ewropea.

F’April 2021, il-produzzjoni f’dan is-settur żdiedet bi 13.6% fiż-żona Euro u bi 11.6% fost il-pajjiżi membri tal-blokk Ewropew. Dan juri li l-produzzjoni fis-settur tal-kostruzzjoni qiegħda tkompli tiżdied b’mod konsistenti.

Mill-informazzjoni miġbura ta’ kull xahar fost l-istati membri, f’Mejju 2021 il-kostruzzjoni tal-bini fiż-żona Euro, żdiedet b’1.2% mentri fl-UE din żdiedet b’9.0%. Fost l-istati membri li jgħaddu t-tagħrif relatat, l-akbar żieda f’dan ix-xahar fil-produzzjoni f’dan is-settur, kienet fi Franza b’+5.4%, ffil-Polonja bi +3.8% u fiċ-Ċekoslovakkja (+3.0%). L-akbar nuqqas kien fl-Islovenja (7.5%), mentri r-Rumanija rriżultat -5.8% u l-Bulgarija naqqset din il-produzzjoni b’-2.4%.

Meta wieħed iqabbel minn sena għall-oħra, minn Mejju tal-2020 sa Mejju tal-2021, il-bini tal-kostruzzjoni fiż-żona Euro żdied bi 15.0% u fl-UE dan kien 12.8%. Fost l-istati membri bl-akbar żieda annwali fil-produzzjoni fil-kostuzzjoni reġa’ kien hemm Franza fl-ewwel post b’total ta’ +23.9%, segwit mill-Awstrija (+21.0%) u l-Ungerija b’+18.7%. Tnaqqis ġie rreġistrat fl-Isvezja (5.2%) u fl-Islovenja (-2.6%).

Ekonomija

Sport