Saturday, November 16, 2024

Il-Professur Edward Scicluna maħtur bħala Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta’ Malta

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-President ta’ Malta, fuq rakkomandazzjoni tal-Prim Ministru, ħatar lill-Professur Edward Scicluna bħala Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta’ Malta għal perjodu ta’ ħames snin b’effett mill-1 ta’ Jannar 2021. 

Hu ser jieħu post Dr Mario Vella, li serva bħala Gvernatur mill-1 ta’ Lulju 2016, u li nħatar mill-Gvern ta’ Malta bħala l-Kummissarju Speċjali għar-Relazzjonijiet Ekonomiċi, Finanzjarji u ta’ Negozju mar-Renju Unit, b’effett mill-1 ta’ Jannar 2021. 

Il-Professur Scicluna serva bħala Ministru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji bejn l- 2013 u Novembru 2020. Fl-2009, kien ġie elett fil-Parlament Ewropew fejn serva għal erba’ snin bħala vice-chairman tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u bħala r-rappreżentant tal-Parlament Ewropew fuq il-Bord Konsultattiv Ewropew għall- Governanza tal-Istatistika. Fost diversi rwoli, kien iċ-chairman tal-Kunsill Malti għall- Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali, chairman tal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta u direttur tal-Bank Ċentrali ta’ Malta. 

Ekonomija

Sport