Il-profil tal-Papa Ljun XIV huwa fost l-aktar paġni li saru tfittxija dwaru fuq Wikipedia. It-tfittxija saret kemm fuq ismu personali – Robert Francis Prevost u anke fuq l-isem li ħa – Ljun XIV. Ismu kien ukoll fost l-aktar imfittex matul din is-sena fuq Google.
Lista li ħarġet Wikipedia tgħid li isem il-Papa hu l-ħames l-aktar isem li kien imfittex matul din is-sena.
Wikipedia qalet ukoll li matul l-2025 il-mewt ta’ Papa Franġisku wkoll telgħet fuq quddiem nett fit-tfittxija tan-nies minn madwar id-dinja.
Iżda meta imbagħad Papa Ljun XIV ħareġ fil-gallerija bħala l-Papa l-ġdid, “dakinhar seħħ rekord ġdid għal Wikipediahekk kif kien hemm 800,000 hits kull sekonda… kollha jfittxu biex jaraw il-Papa l-ġdid min hu.”

