Sunday, November 24, 2024

Il-proġett fi Triq tas-Sejba mistenni jitlesta sa tmiem il-ġimgħa

Aqra wkoll

Infrastructure Malta qed toqrob lejn it-tlestija tal-proġett li qed isir fi Triq tas-Sejba, l-Imqabba. Dan il-proġett jinkludi l-bini mill-ġdid tat-triq fuq struttura indipendenti u pedamenti aktar b’saħħithom.

Biex terġa’ tinbena t-triq, Infrastructure Malta poġġiet 49 pilastru tal-konkos u l-azzar imniffdin bejn 8.5 u 40 metru (12-il sular) taħt l-art. Bejn pillastru u ieħor, il-kuntrattur poġġa travu twil tal-konkos (capping beam) b’fond ta’ bejn metru u żewġ metri, sabiex ikompli jsaħħaħ l-istruttura indipendenti li fuqha sserraħ it-triq. 

Bħala parti minn din l-istruttura, l-aġenzija iffurmat mina (culvert) li minnha għaddiet l-cables tad-dawl u s-servizzi tad-drenaġġ. Din il-mina se tnaqqas il-ħtieġa li t-triq terġa’ titħaffer meta fil-futur ikun hemm bżonn tiswijiet jew xogħol ieħor ta’ titijib. Qabel tibni it-triq mill-ġdid, Infrastructure Malta wetqet xogħlijiet ta’ manutenzjoni fuq il-provvista tas-servizzi tal-ilma u servizzi tal-internet u telekommunikazzjonijiet oħra f’din iż-żona.

Fil-bidu ta’ dan ix-xahar, Infrastructure Malta lestiet ix-xibka u l-qafas tal-azzar twila 70 metru tul it-triq. Din l-istruttura ingħatat il-konkos, għaqdet it-travi li tpoġġew bein il-pilastri tal-konkos u b’hekk ħolqot pjattaforma li fuqha tibda’ isserraħ it-triq il-ġdida. L-aġenzija poġġiet l-ewwel saff t’asfalt f’din it-triq, kif ukoll bdiet tifforma il-bankini mal-ġenb tat-triq.

Infrastructure Malta qed taħdem biex tlesti dan il-proġett sa tmiem din il-ġimgħa.

Sport