Monday, November 11, 2024

Il-proġett tal-KTAIP se jitlesta sal-aħħar ta’ April skont kif skedat

Aqra wkoll

95% tal-proġett tal-junction ta’ Ħal Luqa (KTAIP) huwa lest. Ħabbar dan il-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali Aaron Farrugia waqt li kien qiegħed iwieġeb għall-mistoqsijiet parlamentari.

Huwa żied jgħid ukoll li l-proġett mistenni li jitlesta kollu sal-aħħar ta’ April skont kif kien skedat. Dan proprju jiġi fl-aktar żmien opportun meta fih pajjiżna jara qabża fl-ammont ta’ turisti li jagħżlu lil pajjiżna. 

Intant huwa saħaq li l-aħħar fażi ta’ dan il-proġett hija r-rotta b’direzzjoni minn u lejn iż-Żurrieq. Farrugia spjega li dan ġie skedat proprju issa għaliex se joħloq inkonvenjent għar-residenti ta’ dik iż-żona. Huwa qal li dan ix-xogħol se jkun qiegħed isir f’perjodu fejn it-tfal ma jkollhom skola minħabba l-vaganzi tal-Għid u għaldaqstant l-inkonvenjent se jitnaqqas.

Sport