Thursday, March 20, 2025

Il-programm tat-tislima mill-Istat u l-Knisja lill-Arċisqof Emeritu Mons. Pawlu Cremona O.P.

Aqra wkoll

Kif tħabbar ilbieraħ mill-Prim Ministru Robert Abela f’isem il-Gvern ta’ Malta, l-Istat u l-Knisja se jkunu qed jorganizzaw flimkien tislima xierqa lill-Arċisqof Emeritu Mons. Pawlu Cremona O.P. Dan se jsir b’rikonoxximent għas-servizz ġeneruż li ta lis-soċjetà Maltija.

Dawn id-dettalji ingħataw ilbieraħ filggħaxij fi stqarrija mill-Gvern u l-Kurja. Illum għall-ħabta tal-12:00 p.m, se jindaqqu l-qniepen kollha tal-knejjes, b’tislima lill-Arċisqof Emeritu.

Fl-3:45pm, il-korteo funebri se jitlaq mill-Isptar Mater Dei għall-Kon-Katidral ta’ San Ġwann. Se jmur l-ewwel quddiem il-Knisja ta’ San Duminku fil-Belt, fejn se tingħata tislima lill-Arċisqof Emeritu mill-Familja Duminka.

Wara se jgħaddi minn Triq il-Merkanti, Triq San Duminku, Pjazza San Ġorġ u Triq ir-Repubblika, għall-Kon-Katidral ta’ San Ġwann. Imbagħad f’xil-5:00 p.m, se jsir l-Għasar tal-Mejtin, li se jitmexxa mill-Arċisqof ta’ Malta, il-Monsinjur Charles J. Scicluna.

Imbagħad bejn il-5:30pm u t-8:30pm, l-Arċisqof Emeritu Cremona se jkun espost għall-qima tal-pubbliku fl-Oratorju tal-Kon-Katidral ta’ San Ġwann. Se jkun hemm ukoll ktieb tal-kondoljanzi.

Imbagħad, għada il-Ġimgħa, Cremona se jkun espost għall-qima tal-pubbliku bejn 9:00 a.m u t-8:30 p.m. fl-Oratorju tal-Konkatidral ta’ San Ġwann 

Il-funeral mill-Istat u l-Knisja se jkun qed isir nhar is-Sibt 22 ta’ Marzu fid-9:30am b’quddiesa praesente cadavere fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta. Il-quddiesa se tkun iċċelebrata mill-Monsinjur Charles J. Scicluna, Arċisqof ta’ Malta. ​

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport