Thursday, July 25, 2024

Il-proporzjon ta’ żgħażagħ f’pajjiżna li qed jippjanaw li jemigraw anqas mill-medja Ewropea

Aqra wkoll

Studju riċenti tal-Eurofound, l-agenzija ta’ riċerka tal-Unjoni Ewropea, iffoka fuq iż-żgħażagħ madwar l-Ewropa u l-kwalita tal-ħajja tagħhom. Fost l-oħrajn l-esperti Ewropej analizzaw it-tendenza li ż-żgħażagħ jemigraw barra minn pajjiżhom.

Dan jindika li 21 fil-mija taż-żgħażagħ Maltin qed jippjanaw li jemigraw fit-tlett snin li ġejjin. Dan huwa proporzjon anqas mill-medja Ewropea, li tlaħħaq 23%. Filfatt huwa biss fi 8 pajjiżi oħra madwar l-Ewropa li hemm proporzjon anqas ta’ żgħażagħ li għandhom pjan li jitilqu minn pajjiżhom. L-aktar li qed jippjanaw li jitilqu huma ż-żgħażagħ Ċiprijotti, b’madwar nofshom igħidu li jippjanaw li jitilqu minn pajjiżhom. Aktar minn 2 minn kull 5 żgħażagħ Ungeriżi jgħidu l-istess, mentri madwar terz tal-Irlandiżi, Awstrijaki, Kroati, Spanjoli u Taljani għandhom pjanijiet li jemigraw.

Dawn il-figuri tal-Eurofound jindikaw li mhux veru li aktar minn 70 fil-mija taż-żgħażagħ Maltin għandhom pjan li jitilqu minn Malta. Barra minn hekk juru wkoll li l-proporzjon ta’ żgħażagħ li għandhom xi pjan biex jemigraw huwa ferm anqas mill-medja Ewropea u fost l-anqas fl-Unjoni. Il-probabilita li żgħażugħ Taljan jew Spanjol li qed jippjana li jemigra huwa darba u nofs dik ta’ żagħżugħ Malti, filwaqt li żgħażugħ Ċiprijott huwa d-doppju probabli li lesti biex jemigraw. Aktar probabbli li żagħżugħ Ġermaniż għandu pjan li se jemigra fit-tlett snin li ġejjin milli żagħżugħ Malti.

Ekonomija

Sport