Thursday, November 21, 2024

Il-protest imressaq minn Hibernians FC mhux milqugħ

Aqra wkoll

Il-Bord tal-Protesti tal-Malta Football Association ma laqax protest ippreżentat minn Hibernians FC b’rabta mal-partita tagħhom tal-BOV Premier League kontra Ħamrun Spartans li ntlagħbet is-Sibt 20 ta’ Jannar 2024.

Hamrun Spartans kienu rebħu l-partita 2-1, u wara Hibernians FC kienu ressqu l-protest fejn sostnew l-ineliġibbiltà tal-plejer ta’ Hamrun Spartans FC, Christian Rutjens. Wara d-deċiżjoni tal-Bord tal-Protesti, ir-riżultat tal-partita msemmija jibqa’ jgħodd.

Sport