Wednesday, July 24, 2024

Riżultati pożittivi għat-tim nazzjonali Malti tal-futsal

Aqra wkoll

It-tim nazjonali Malti tal-futsal jinsab f’nofs l-impenji tiegħu fil-Futsal February 2024 Week li qed issir bħalissa fil-belt Kroata ta’ Labin.

S’issa f’dan it-tournament ta’ preparazzjoni, Malta kienet involuta f’żewġ logħbiet, waqt li tnejn oħra huma skedati għall-Ġimgħa u s-Sibt.

Dan kollu huwa parti minn serje ta’ partiti li se tkun qed twassal għall-Grupp C ta’ Kwalifikazzjoni tal-Kampjonat Ewropew tal-UEFA fejn Malta trid tiffaċċja l-Iżvizzera, l-Iskozja, u Ġibiltà fir-Rawnd Preliminari.

Fil-Kroazja, Malta bdiet biex għelbet mill-Iżvizzera 5-3 fl-ewwel partita ta’ dan it-tournament.

It-tim kien f’burdata vibranti, irnexxielu jikkapitalizza fuq iċ-ċansijiet maħluqa fl-attakk, u kien ukoll pożittiv fil-pussess, li għamilha possibbli li Malta tegħleb lill-Iżvizzeri, li rridu niffaċċjaw għal darb’oħra fil-Grupp Preliminari tal-UEFA f’April.

Maicon Da Silva kien il-mutur għal Malta hekk kif sab ix-xibka erba’ darbiet, il-gowl l-ieħor kien skurjat minn sieħbu tal-klabb ma’ Luxol St. Andrews, Marrwan Telisi.

L-għada l-Ħamis Malta ffaċċjat lil San Marino.

Ir-rebħa fuq l-Iżvizzera żgur nisslet fiduċja żejda fil-Maltin li bdew tajjeb u fl-intervall kienu 3-1 minn fuq.

Forsi fiduċja żejda żgħira setgħet ħadet f’idejha fit-tieni perjodu, li ħalliet lil San Marino jerġgħu lura fil-logħba u jiskurjaw tliet darbiet, iżda minkejja d-draw ta’ 4-4 din kienet xorta waħda wirja produttiva għall-Maltin.

Kontra San Marino, il-gowls għall-Maltin waslu minn doppjetta ta’ Matthew Borg, u gowls minn Celino Alves u Steve Camilleri.

Nhar il-Ġimgħa Malta tiffaċċja lid-Danimarka, f’partita li tibda fl-4.00pm, qabel

nhar is-Sibt naffrontaw lill-Greenland fis-6.15pm.

Ekonomija

Sport