Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-Ġermanja sejħet għal azzjoni kontra dawk responsabbli għat-trażżin vjolenti tal-prostesti fl-Iran.
Annalena Baerbock qalet li l-Ġermanja se tiżgura li l-Unjoni Ewropea tiffriża l-assi u timponi projbizzjonijiet ta’ dħul.
Hija ddeskriviet dawk “li sawtu lin-nisa u l-bniet fit-toroq” bħala li jinsabu fuq “in-naħa l-ħażina tal-istorja”.
Il-Ministri tal-Affarijiet Barranin tal-UE mistennija jiddeċiedu dwari s-sanzjonijiet fis-17 ta’ Ottubru.
Waqt li kienet qiegħda titkellem ma’ ġurnal Ġermaniż, Baerbock ikkritikat ukoll lil dawk li “jikkundannaw għall-mewt nies li ma jridu xejn ħlief li jgħixu ħielsa.” Fl-indirizz tagħha lill-Iranjani, hija qalet: “Aħna ninsabu magħkom u se nkomplu nagħmlu dan.”
Is-sanzjonijiet proposti qed isiru wara l-mewt ta’ Mahsa Amini, li wasslet għal dimostrazzjonijiet kbar fil-pajjiż kollu. Iż-żagħżugħa ta’ 22 sena mietet wara li kienet fil-kustodja tal-pulizija tal-Iran fis-16 ta’ Settembru.